X'inhu Frontex?
Il-Frontex, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, ġiet stabbilita fl-2004 sabiex tgħin lill-Istati Membri tal-UE u lill-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen jipproteġu l-fruntiera esterni taż-żona tal-moviment liberu tal-UE. Bħala Aġenzija tal-UE, il-Frontex hija ffinanzjata mill-baġit tal-UE kif ukoll minn kontribuzzjonijiet mill-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen.